Illum, Shazia marret għal prova f'Summer School privata, biex ommha tara kif se tmur, u r-riżultat ma setax ikun aħjar. Fil-fatt, it-tifla għamlet l-attivitajiet kollha u ħadet sehem mill-aħjar li setgħet. B'hekk ferħet immens lil ommha.
Għal ommha, din l-esperjenza turi kemm hu importanti li t-tfal bi bżonnijiet speċjali jkollhom magħhom nies li verament jifhmuhom, ikunu paċenzjużi magħhom u jkunu kapaċi jadattaw għall-bżonnijiet tagħhom, minflok jistennew li jkunu huma li jadattaw għal kollox.
“Kull tifel u tifla għandhom il-potenzjal tagħhom. Jeħtieġ biss lil xi ħadd li jemmen fihom, jifhimhom u jagħtihom l-opportunità li juru x’jistgħu jagħmlu,” kitbet ommha.
Hija saħqet ukoll, li l-vera inklużjoni ma tfissirx li t-tfal iridu jkunu bħal kulħadd, iżda li d-dinja tkun lesta tadatta għalihom ukoll.
Illum kellha wkoll session tal-ABA, li marret tajjeb ħafna. Ommha qasmet mument sabiħ tagħha waqt attività tal-cupcakes, fejn it-tifla dehret kuntenta u involuta.
“Kemm inkun kuntenta meta naraha tipprova, titgħallem u tgawdi l-mument tagħha. Proud mummy dejjem!”, kitbet fl-aħħar omm Shazia.
Facebook/Shazia My Story