L-EBU qed tissuġerixxi li jinbidlu r-regoli tal-votazzjoni sabiex fis-snin li ġejjin jiġi evitat li l-festival jintrebaħ minn pajjiż minħabba raġunijiet politiċi.
Is-sistema attwali tal-votazzjoni tagħti lok lis-segwaċi tal-Eurovision sabiex jivvotaw għall-istess pajjiż għal massimu ta' għaxar darbiet. Is-sena l-oħra, din l-istruttura kienet qanqlet kontroversja wara li bosta segwaċi ilmentaw li l-Iżrael kien qiegħed juża din l-istruttura għall-vantaġġ tiegħu billi nieda kampanja mxerda fost segwaċi diversi fejn fiha ħeġġeġ sabiex il-pubbliku jivvota iżjed minn darba għall-kantanta Iżraeljana. F'dik l-edizzjoni, l-Iżrael kien kiseb l-ogħla punteġġ mill-pubbliku.
Rapporti internazzjonali qed isemmu kif l-EBU tinsab imħassba kif matul dawn l-aħħar snin il-festival kien qed ikollu riżultati instigati minn raġunijiet politiċi. Fid-dawl ta' dan kollu, jidher li l-EBU issa qiegħda tipproponi li s-sistema tal-votazzjoni tinbidel u minflok jitħallew jivvotaw għal iżjed minn darba għall-istess pajjiż, is-segwaċi issa jaf jiġu mitluba jivvotaw għat-tlett prestazzjonijiet li ntlaqgħu l-iżjed tajjeb minnhom.
Sors: BBC
Eurovision Song Contest u ChatGPT