Għada l-15 t’Awwissu, ġurnata li hija bla dubju ta’ xejn għall-qalb bosta Għawdxin u Maltin hekk kif tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija. Din il-ġurnata hija tifkira wkoll tad-devozzjoni li l-Maltin minn dejjem kellhom lejn Santa Marija hekk kif fl-1942, wara żmien twil ta’ inċertezza, l-Maltin talbu lil Santa Marija u fil-15 ta’ Awwissu daħal il-Konvoj ta’ Santa Marija li salva l-ħajja ta’ ħafna Maltin.
Bosta parroċċi f'Malta u Għawdex għadhom jiċċelebraw il-festa ta' Santa Marija sal-lum il-ġurnata. Hemm seba' parroċċi li jiċċelebrawha għada, fosthom fir-Rabat Għawdex, il-Mosta, l-Gudja, Għaxaq, l-Imqabba, Attard, u l-Qrendi. Tiġi wkoll iċċelebrata l-ġimgħa ta’ wara fiż-Żebbuġ Għawdex, Ħad Dingli u l-Mġarr.