Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu dwar rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin.
Qalu, “The Malta Records ilbieraħ konna mistiedna fil-binja ta' Cospicua Dynamos f'Bormla sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-iktar klabb tas-Subbuteo (Table Football) li dam fil-quċċata fir-rankings FISTF tat-timijiet mondjali.”
Qalu wkoll, “Dan ir-rekord nazzjonali u dinji ġdid ġie mwaqqaf minn Bormla Subbuteo Club li dam fl-ewwel post għal 25 xahar sa minn Lulju 2024 u r-rekord għadu għaddej. Ta' min jgħid li l-binja ta' Cospicua Dynamos hija l-post minn fejn beda kollox u dawn id-dilettanti tas-subbuteo bdew jiltaqgħu hemm biex jilagħbu din il-logħba li trid paċenzja u preċiżjoni kbira sabiex tilgħabha.”
Żiedu, “Mur għidilhom li dik kienet il-miċċa li xegħlet u wasslithom sal-quċċata tad-dinja!! The Malta Records nawguraw lil Bormla Subbuteo Club li jkomplu jżommu l-ewwel pożizzjoni għal aktar żmien sabiex ir-rekord dinji jkompli jitwal."