Illum, hekk kif Malta u Għawdex jiċċelebraw il-festa tant għażiża ta’ Santa Marija, infakkru wkoll wieħed mill-aktar episodji memorabbli fl-istorja ta’ pajjiżna.Kien bħal-lum, 84 sena ilu, matul it-Tieni Gwerra Dinjija meta t-tanker SS Ohio finalment wasal fil-Port il-Kbir, milqut mill-attakki u bilkemm kien għadu f’wiċċ l-ilma.
L-Ohio kien daħal fil-Mediterran fl-10 ta’ Awwissu 1942 bħala parti mill-Operation Pedestal. Matul il-vjaġġ ġie attakkat diversi drabi u ġarrab ħsarat kbar, iżda fil-15 ta’ Awwissu, bl-għajnuna ta’ bastimenti tar-Royal Navy, irnexxielu jasal Malta bil-fjuwil tant meħtieġ.
Dak iż-żmien, Malta kienet ilha taħt assedju u l-provvisti essenzjali kienu qed jonqsu b’mod drastiku. Il-wasla tal-Ohio u tal-ftit bastimenti l-oħra li rnexxielhom jaslu mill-konvoj kienet għalhekk meqjusa bħala tama ġdida għall-poplu Malti u għenet lill-gżira biex ma taqtax qalbhau tkompli tissielet.
Il-fatt li l-konvoj wasal proprju nhar il-festa ta’ Santa Marija wassal biex dan il-mument jibqa’ marbut għal dejjem ma’ din il-ġurnata. Għal ħafna Maltin, il-wasla tiegħu kienet meqjusa bħala xejn inqas minn miraklu!
Instagram/ malta.gozo