“Grazzi Talli Fhimt Lil Binti” – Ġest Żgħir Li Fisser Ħafna Għal Omm Shazia

Il-paġna Shazia my story qasmet esperjenza personali li write kemm ftit paċenzja, empatija u ġentilezza jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ dak li jkun.

Waqt attività għat-tfal li seħħet ġewwa ħanut tal-ikel, bintha xtaqet ħafna tagħmel face painting. Madankollu, minħabba d-diffikultajiet li tesperjenza t-tifla, il-ġenituri tagħha ppruvaw jgħinuha tifhem is-sitwazzjoni, iżda dan ma kienx faċli.

Omm Shazia kompliet tirrakkonta kif dak il-ħin omm oħra għamlet ġest tassew sabiħ. Hija fehmet lit-tifla, avviċinatha bil-paċenzja kollha u daħlet fid-dinja tagħha biex tkun tista’ tagħmlilha l-face painting li tant xtaqet.

“Għal ħafna jista’ jidher ġest żgħir, imma għalija bħala omm ifisser kollox,” temmet tgħid l-omm, filwaqt li rringrazzjat lil din il-mara talli ma ġġudikatx lil bintha iżda għażlet li tifhimha u tikkuntentaha.

Ritratti:

Facebook/ Shazia my story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI