L-MP Alex Agius Saliba esprima l-kburija tiegħu wara li kellu l-opportunità jsegwi plejer tal-futbol Maltija, Hailey Bugeja, tilgħab mal-Inter. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Agius Saliba qal li kienet “verament esperjenza sabiħa” li seta’ jara lil Bugeja fl-azzjoni mal-klabb Taljan.
Huwa saħaq fuq is-sodisfazzjon li jara Maltija tilħaq livelli għoljin u tikseb suċċess barra minn xtutna, b’mod partikolari fid-dinja kompetittiva tal-futbol internazzjonali.
“Verament esperjenza sabiħa illi stajt insegwi lil Maltija Hailey Bugeja tilgħab mal-Inter,” kiteb Agius Saliba, filwaqt li żied jgħid li huwa ta’ kburija li “Maltija bħalna qed tikseb tant u tant suċċess barra minn xtutna.”
Bugeja, li tkompli tirrappreżenta lil Malta fuq l-ogħla livell, ilha tagħmel isem għaliha fil-futbol Ewropej u għandha esperjenza kemm fl-Italja kif ukoll fl-Istati Uniti. Hija ngħaqdet mal-Inter fl-2023, wara esperjenza ma’ Sassuolo u Orlando Pride.
Fi tmiem il-messaġġ tiegħu, Agius Saliba wassal ukoll kliem qasir iżda sinifikanti lil Bugeja: “Brava Hailey!" Dan juri ġest ta’ apprezzament lejn waħda mill-aktar plejers Maltin magħrufa fix-xena internazzjonali tal-futbol.
Facebook/Alex Agius Saliba