Wara sentejn u nofs tgħix fl-Olanda, Mariah Zammit qasmet messaġġ emozzjonanti hekk kif għalqet kapitlu importanti f’ħajjitha u rritornat lura Malta.
F’post fuq il-midja soċjali, Mariah spjegat li, minkejja li l-post wasal bi ftit dewmien, ma setgħetx ma tagħlaqx il-kapitlu tal-Olanda billi ma turix dan il-post. Hija ddeskriviet it-tluq minn Den Bosch bħala “A bittersweet goodbye”, jiġifieri tluq li jġib miegħu kemm ferħ kif ukoll niket.
Mariah ammettiet, li ma kinitx faċli tħalli warajha lil Den Bosch, belt li matul dawn is-snin saret parti importanti minn ħajjitha. Hija ddeskriviet il-belt, bħala waħda mimlija karattru u sbuħija, b’affarijiet sbieħ f’kull rokna.
Għaldaqstant, bla dubju, fost l-aktar affarijiet li se tħoss in-nuqqas, hemm il-ħbiberiji li bniet matul iż-żmien tagħha hemmhekk. Minkejja r-ritorn lejn Malta, l-Olanda se tibqa’ dejjem f’qalbha u f’post speċjali fil-memorji tagħha.
Mariah qasmet ukoll, li l-vlog tal-aħħar ġimgħa tagħha fl-Olanda diġà ttella’ fuq YouTube, filwaqt li spjegat li dawn l-aħħar ġimgħat kienet pjuttost kwieta fuq il-midja soċjali hekk kif kienet impenjata tissetilja lura f’Malta.
Kif jgħidu veru li kapitlu jaf jingħalaq, iżda l-memorji u l-ħbiberiji jibqgħu magħha għal tul ħajjitha!
Facebook/Mariah Zammit