“Jien U Carla Ngħożżuk U Nħobbuk Ħafna” – Glen Bedingfield B’Messaġġ Speċjali F’Għeluq Snin Charlene

Il-Ministru Glen Bedingfield qasam messaġġ ħelu fl-okkażjoni ta’ għeluq snin żewġ persuni speċjali f’ħajtu, l-imħabba ta' ħajtu Charlene u oħtu Donna, li t-tnejn qed jiċċelebraw għeluq sninhom illum. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Bedingfield esprima l-imħabba tiegħu lejn Charlene f’ismu u f’isem Carla.

"Happy Birthday Charlene. Jien u Carla ngħożżuk u nħobbuk ħafna," kiteb il-Ministru. Iżda l-awguri ma waqfux hemm, hekk kif illum taħbat ukoll ġurnata speċjali għal oħtu Donna. “Awguri wkoll oħti Donna! Li llum ukoll iżżid sena. Happy Birthday oħt,” kompla jikteb.

Żgur li hija ġurnata mimlija ċelebrazzjonijiet għall-familja Bedingfield. Aħna minn Gwida.mt ningħaqdu mal-awguri u nawguraw lil Charlene u lil Donna l-isbaħ xewqat f’għeluq sninhom! Awguri mill-qalb lit-tnejn li intom!

Ritratti:

Facebook / Glen Bedingfield

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI