“Kburija Ħafna Bik” – It-Tifla Ta’ Deborah C, Dianna Lor Tiċċelebra Għeluq Sninha U Se Tkanta Għall-Ewwel Darba Fuq Palk

Ġurnata tassew speċjali għaċ-ċkejkna Dianna Lor, hekk kif illum qed tiċċelebra għeluq is-sitt snin tagħha u fl-istess jum se tkun qed tagħmel pass importanti fil-vjaġġ mużikali tagħha. Ommha, il-kantanta Għawdxija Deborah C, qasmet messaġġ mill-isbaħ f’għeluq snin bintha, fejn fissret kemm Dianna timlielha qalbha bi mħabba, ferħ u kburija kuljum.

"Li narak tikber u ssir it-tifla meraviljuża li int huwa wieħed mill-akbar ferħiet tiegħi," kitbet Deborah fil-messaġġ tagħha. Iżda ċ-ċelebrazzjonijiet tal-lum se jkunu aktar speċjali, hekk kif Dianna se tkanta għall-ewwel darba waqt Għajnsielem Fest. Ommha awguratilha biex temmen fiha nnifisha, tgawdi kull mument u tħalli l-vuċi sabiħa tagħha tispikka.

"Kompli iddi, prinċipessa ċkejkna tiegħi! Mummy kburija immens bik u se tkun qed tinkoraġġik f’kull pass," temmet tikteb Deborah. Nawguraw lil Dianna Lor għeluq sninha mill-isbaħ u fuq kollox, l-aqwa xewqat għal din l-ewwel esperjenza tagħha fuq il-palk!

Ritratti:

Facebook / Deborah C

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI