Ċertament li Bjorn Formosa japprezza dak li tagħmel ommu kuljum, u ilu għal snin sħaħ grat għal kemm tkun hemm miegħu f'kull pass li jagħmel. F'post li qasam, xerred ritratt flimkien ma' ommu, bil-kliem, "Inħobbok Ma."
Xi ġimgħat ilu ħabbar li ġiet mogħtija l-premju Employee of the Month. Hu kiteb, "Ma, verament ħaqqek Employee of the month ta’ Ġunju. Grazzi talli tgħin u tferraħ lil kulħadd fil-cafeteria."
Kien qasam anke ritratt mill-isbaħ flimkien ma' ommu hekk kif ingħatat dan it-titlu. Titlu li jesprimi l-gratitudni ta' Bjorn u t-tim kollu wara DAR Bjorn.
Mill-ġdid ngħidu Prosit tassew lil omm Bjorn tad-differenza li qed tagħmel!