Is-sena l-oħra f'folla kbira li nġabret bi ħġarha sabiex tiċċelebra l-festa ta' Birkirkara spikkat Polly Micallef li minkejja l-età tagħha ta' 74 sena, deher ħaj fiha l-entużjażmu sabiex tiċċelebra l-festa ta' belt twelidha. Din is-sena ma kienx b'inqas!
Għal sena oħra Polly reġgħet serqet il-qlub ta' kulħadd bil-briju u l-ferħ li qanqlet fil-festa ta' Birkirkara, li din is-sena wasslet għal ċelebrazzjonijiet ikbar minn qatt qabel billi t-tim tal-futbol Karkariż ilbieraħ rebaħ partita importanti.
F'intervista li Polly kienet tat lis-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught's Own, hi kienet spjegat kif l-imħabba tagħha lejn il-festi u l-marċi twieldet fiha meta kienet għadha tifla ċkejkna. Hi kienet semmiet ukoll li tiftakar żmien snin ilu meta sfortunatament il-marċi kienu jwasslu għal ħafna piki u firda.
Intant, l-entużjażmu ta' Polly iwassal messaġġ pożittiv li l-età ma tagħmilx differenza sabiex wieħed ikun jista' jattendi u jgawdi l-festa tal-lokalità tiegħu.
Facebook / Malta, News, Photos & People u Blanzuni Elenjani Tal-Ghama A.D. 2013