Wara sitt snin li ddeskrivihom bħala “infern”, Edward Agius qed iħares lejn il-futur b’aktar tama hekk kif ħabbar li jinsab lura fuq saqajh.
F’messaġġ personali li qasam f’għeluq sninu, Edward irrifletta fuq il-perjodu diffiċli li għadda minnu u rringrazzja lil Alla, kif ukoll lin-nies ta’ madwaru li baqgħu qrib tiegħu u tawh l-appoġġ tagħhom matul dawn is-snin.
Edward qal, li dan il-mument huwa għalih l-aqwa rigal ta’ għeluq sninu, hekk kif qed iħoss li fetaħ kapitlu ġdid f’ħajtu, b’bidu ġdid li se jsarrfu f'jiem isbaħ quddiemu.
Huwa esprima wkoll, il-gratitudni tiegħu lejn dawk kollha li tassew jimpurtahom minnu u li kienu hemm għalih matul dan il-vjaġġ.
Itemm il-messaġġ tiegħu b’ħarsa pożittiva lejn il-ġejjieni, hekk kif Edward qed jagħżel li jħares ’il quddiem u jibda din il-fażi ġdida ta’ ħajtu b’aktar tama u ottimiżmu.
Aħna wkoll nawgurawlu l-isbaħ xewqat u ġejjieni mimli saħħa, ferħ u hena!
Facebook/Edward Agius