Jumejn ilu, FIFA ħabbret sensiela ta' sospensjonijiet u multi sabiex tikkundanna l-attaġjament li tant qanqal kontroversja ta' bosta plejers Arġentini fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
L-iktar deċiżjoni iebsa ttieħdet fil-konfront tal-plejer Arġentin Leandro Paredes li mhux biss ġie sospiż għall-għaxar partiti internazzjonali li ġejjin tat-tim nazzjonali Arġentin, iżda wkoll ingħata multa ta' madwar €77,000.
Fost plejers oħra mit-tim Arġentin li ġew affetwati b'dawn is-sospensjonijiet u multi hemm id-difensur Nahuel Molina, il-kowċ Roberto Ayala kif ukoll l-attakkant Thiago Almada.
FIFA ħadet id-deċiżjoni li tagħti wkoll multa ta' madwar €274,000 lit-tim nazzjonali Arġentin minħabba kartelluni bi kliem meqjus offensiv li l-plejers bdew jesebixxu bi prominenza kif ukoll għajjat li tqies minn FIFA bħala diskriminatorju.
Facebook / Off The Pitch u 10 News