Tifel Ta’ 5 Snin Salva Lil Oħtu Ta’ Sentejn U Lill-Kelb Meta D-Dar Tal-Familja Ħadet In-Nar

Meta Noah ta' ħames snin intebaħ li d-dar tal-familja tiegħu kienet qiegħda tieħu n-nar, kien pront mar ifittex lil oħtu ta' sentejn u ra li jeħlisha minn kull periklu billi flimkien magħha ħareġ mit-tieqa tad-dar. Madankollu, dan ma kienx biżżejjed għalih għaliex wara reġa' daħal u salva lill-kelb tal-familja wkoll.

Dan l-episodju seħħ xi snin ilu iżda għadu jissemma sal-lum il-ġurnata għaliex fih tifel ċkejken, bl-iżjed mod umli u sinċier, juri lid-dinja mhux biss xi tfisser li tkun eroj, iżda wkoll li l-età ma tagħmilx differenza sabiex wieħed ikun eroj.

Intant, l-att erojku ta' Noah kien ġie rikonoxxut bid-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar fl-Amerka jsemmi ironikament li s-soltu jkunu qed jonoraw il-qlubija ta' xi pumpier tan-nar, iżda f'dik l-okkażjoni, ir-rikonoxximent ingħata lil tifel ta' ħames snin li ssogra ħajtu sabiex isalva lil ħaddieħor.

Ritratti:

Facebook / ‘Bartow County Fire & Emergency Services’ u ‘Weird Wonders and Facts’

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI