Ftit sigħat ilu għadha kif ħarġet l-aħbar li sfortunatament ħalla din id-dinja Godwin Cuschieri. Fost dawk li kitbu fuq il-midja soċjali sabiex isellmu l-memorja tiegħu kien hemm id-DJ Ziggy li stqarr li għalih "qisni tlift lil missieri għat-tieni darba".
Fil-messaġġ tiegħu hu rringrazzja lil Godwin ta' dak kollu li għamel, mhux biss miegħu iżda mal-familja kollha tiegħu, matul ħajtu. Oħrajn li sellmu l-memorja tagħhom faħħru l-imħabba u t-tjubija li Godwin kien dejjem juri lil dawk ta' madwaru.
Hu mistenni jingħata l-aħħar tislima nhar it-Tnejn li ġej fid-9:00 ġewwa s-Sacro Cuor f'Tas-Sliema.
Facebook / Kurt Ziggy