Sena wara l-oħra, fil-11 ta' Settembru, miljuni minn madwar id-dinja jieqfu għal ftit mumenti sabiex jiftakru fit-traġedja tat-Twin Towers li seħħet lura fl-2001 u ħasdet il-ħajja ta' ftit iżjed minn 2,600 ruħ.
Din is-sena, hekk kif se jitfakkar għeluq il-25 sena minn din it-traġedja, il-pumpiera Maltin se jkunu qiegħdin jonoraw il-memorja ta' sħabhom li tilfu ħajjithom f'din it-traġedja billi fit-12 ta' Settembru se jitilgħu l-lift tal-Barrakka. Din l-inizjattiva ngħatat l-isem - "Nitilgħu Biex Ma Ninsewx!"
Il-Protezzjoni Ċivili stiednu wkoll uffiċjali oħrajn tal-emerġenza sabiex jipparteċipaw f'din l-inizjattiva.
Facebook / US Throwback Stories u Explore Malta