Għadu kif ġie żvelat ir-riżultat ta' referendum li seħħ fl-Iżlanda matul dawn l-aħħar sigħat fejn il-poplu ġie mistoqsi jekk jixtieqx li jissokta l-proċess ta' taħditiet sabiex il-pajjiż possibbilment isir membru tal-Unjoni Ewropea fil-futur.
Stazzjon Iżlandiż qed isemmi li 52.8% tal-voti kienu kontra filwaqt li 47.2% kienu favur. Dan ifisser li l-Iżlanda vvotat sabiex ma jissoktawx it-taħditiet ta' sħubija fl-Unjoni Ewropea.
L-Iżlanda kienet applikat sabiex tidħol fl-Unjoni Ewropea l-ewwel darba fl-2009 meta kienet għaddejja minn kriżi ekonomika. Dawk it-taħditiet imbagħad kienu twaqqfu meta 4 snin wara ġie elett gvern li kien kontra li l-pajjiż jissieħeb fl-Unjoni Ewropea. Matul dawn l-aħħar xhur din id-domanda reġgħet tqanqlet u kien għalhekk li seħħ dan ir-referendum.
Sors: Al Jazeera
Pexels