Ix-Xiri Li Tagħmel Mhux Dejjem Huwa Bżonn. Kultant Huwa Emozzjoni Li Qed Tipprova Taħrab Minnha.

Qatt dħalt ġirja f’ħanut biex tagħti daqqa t’għajn… u spiċċajt b’xiri ta’ affarijet li ma kellekx bżonn? Dan mhux każ ta’ dgħufija — imma huwa effett magħruf bħala emotional priming.

Il-psikoloġija turi li moħħna jista’ jiġi attivat minn ħsejjes, riħa, kuluri jew mużika li jqanqlu ċerti emozzjonijiet. Skont studju fil-Journal of Consumer Psychology, mużika rilassanti jew riħa ħelwa bħal ta’ vanilla tista’ tħajjar il-konsumatur lejn ix-xiri, xiri ta’ affarijiet mhux essenzjali.

Barra minn hekk, meta nkunu emottivament vulnerabbli — għajjenin, imdejqin, jew b’apatija— il-moħħ faċli jfittex gratifikazzjoni immedjata. Il-prodotti sbieħ u ppakkjati b’mod attraenti joffru sens ta’ premju u kontroll. Ngħidu lilna nfusna: “Jien għajjiena, imma dan l-oġġett ħaqqni nixtrih.”

Dan ma jfissirx li ma għandniex nixtru – iżda li nieħdu pass lura u nistaqsu: Dan l-oġġett verament għandi bżonnu? Huwa neċessita jew sempliċement qed infittxu distrazzjoni biex naljena?

Ix-xiri jista’ jkun ta’ gost – imma meta nkunu konxji mill-għażliet tagħna, nibdew nixtru b’iktar għaqal… u b’aktar paċi.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI