Fuq il-paġna Kate: Writing My Story, Kate qasmet il-ħsibijiet tagħha hekk kif wasal fi tmiemu sajf ieħor mimli memorji, tbissim, attivitajiet, ħbiberiji u mumenti sbieħ.
Għal Kate, l-iskola mhijiex biss dwar dak li titgħallem jew l-attivitajiet li tagħmel. L-aktar ħaġa importanti hija li tħossha milqugħa, mifhuma, inkluża, sigura u, fuq kollox, kuntenta. Hija rringrazzjat lill-għalliema, lill-LSEs, lill-kapijiet u lil kull persuna li għamlet parti minn dawn il-ġimgħat ta' Skolasajf, hekk kif kull tbissima u kull daqqa t’id għenu biex is-sajf tagħha jkun wieħed speċjali.
Imbagħad Kate wasslet messaġġ li għandu jġiegħel lil kull wieħed u waħda minna nieqfu ftit u naħsbu: l-inklużjoni mhijiex dejjem xi ħaġa kbira jew ikkumplikata, tant li xi kultant tibda billi tilqa’ lil xi ħadd, tagħtih spazju jipparteċipa, tinkludih ma’ sħabu u tara l-persuna qabel id-diżabilità tagħha.
U forsi l-isbaħ parti? Kate tfakkarna li anke jekk ma tkunx tista’ tgħid bil-vuċi kif tħossha, it-tbissima u l-ferħ tagħha jistgħu jgħidu kollox.
Facebook/Kate: Writing My Story