L-Attur Tonio Vella U Martu Josephine Jiċċelebraw 38 Sena Miżżewġin

Ilbieraħ l-attur veteran Tonio Vella u martu Josephine ċċelebraw l-anniversarju tagħhom, hekk kif kien proprju bħall-bieraħ 38 sena ilu li l-koppja żżewġet. Ftit jiem ilu l-attur iċċelebra wkoll għeluq sninu.

"Illum 38 sena ilu," kiteb l-attur veteran ilbieraħ fuq il-midja soċjali fejn ukoll tella' ritratt mill-jum tant speċjali ta' meta taw il-kelma lil xulxin.

Matul is-snin, Tonio sar wiċċ sinonimu fuq it-televixin Malti minħabba s-sehem tiegħu f'għadd ta' produzzjonijiet fosthom Fredu l-Fra, L-Avukat Gawdenz Bilocca u tant oħrajn. Madankollu, ħafna jibqgħu jiftakruh għall-karattru komiku tal-Majsi li kien jinterpreta snin ilu u bih kien jirnexxielu jnissel tbissima fost bosta segwaċi.

Nawguraw lil Tonio u Josephine iżjed snin ta' mħabba.

Ritratti:

Facebook / Tonio Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI