“L-Isbaħ Xewqat F’Għeluq It-63 Sena Miż-Żwieġ Tagħkom, Ma U Pa!” – Etienne St John

L-attur lokali Etienne St John qasam messaġġ ħelu f’okkażjoni tassew speċjali għall-familja tiegħu, hekk kif il-ġenituri tiegħu qed jiċċelebraw it-63 anniversarju miż-żwieġ tagħhom. “L-isbaħ xewqat f’għeluq it-63 sena miż-żwieġ tagħkom, Ma u Pa!” kiteb Etienne fuq il-midja soċjali.

Mumenti bħal dawn ikunu wkoll opportunità sabiħa għall-familja kollha biex tħares lura lejn is-snin li għaddew u tiċċelebra l-vjaġġ ta’ koppja li ilha timxi id f’id għal aktar minn sitt deċennji.

Tlieta u sittin sena ta’ żwieġ huma ċertament tragward mill-isbaħ u xhieda ta’ ħajja mimlija mħabba, esperjenzi u memorji maqsuma flimkien. Minn Gwida.mt, nawgurawlhom anniversarju mill-isbaħ u aktar snin ta’ mħabba u hena flimkien. Awguri mill-qalb!

Ritratti:

Facebook / Etienne St John – Jason Borg Photography

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI