“Dun Anġ Lili Tani D-Dinjità… Kieku Ma Kienx Għalih Jien Kont Norqod Barra” – Il-Mibki Mario

Bħalissa għaddejja ġmielha l-maratona ġbir ta' fondi li qed titnieda b'risq il-Fondazzjoni Nazareth. Ma naqasx li matul il-maratona tfakkret il-memorja ta' Mario; resident ta' Dar Nazareth li sfortunatament ħalla din id-dinja xi xhur ilu iżda n-nuqqas tiegħu għadu jinħass sal-lum il-ġurnata.

Il-carers ta' Dar Nazareth jitkellmu dwar il-karattru ferrieħi u allegruż li Mario kellu. Isemmu wkoll is-sens kbir ta' gratitudni li hu kellu lejn Dun Anġ, tant li "għalih kien iqisu missieru".

"Dun Anġ lili tani d-dinjità... kieku m'għandix lilu, ma nafx fejn jien bħalissa; jew f'nofs ta' triq jew norqod fil-karozza," kien stqarr darba Mario.

Dun Anġ Seychell kien il-fundatur tal-Fondazzjoni Nazareth. Hu sfortunatament ħalla din id-dinja fl-età ta' 91 sena fil-31 t'Awwissu tal-2024.

Kulħadd mistieden sabiex jagħti l-għajnuna tiegħu lil Dar Nazareth. Tista' tagħmel id-donazzjoni tiegħek permezz ta' telefonata fuq 51902086 (EUR 50.00) jew 51802092 (EUR 25.00). Tista' wkoll tibgħat ċekk indirizzat lill FONDAZZJONI NAZARETH. Tista' tibgħat ukoll donazzjoni permezz tal-BOV APP fuq 9975 5331 jew permezz ta myAPS fuq 79887757

Ritratti:

Facebook / Fondazzjoni Nazareth

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI