“L-Operazzjoni Tagħha Saret U R-Riġel Miksur Ġie Kkurat. Issa Għandna Quddiemna Ġimgħat Twal Ta’ Rkupru.” – Christa Cilia

kelba tirkupra

L-attivista Christa Cilia ħabbret li l-kelba li ngħatat għall-kura tagħha tinsab lura d-dar wara li għaddiet minn operazzjoni biex jiġi kkurat ir-riġel li kellha miksur b’mod serju.

Christa spjegat li issa quddiemha hemm ġimgħat twal ta’ rkupru, li se jinkludu mistrieħ, appuntamenti għand il-veterinarju, X-rays u monitoraġġ kontinwu biex jiġi żgurat li r-riġel qed ifiq kif suppost.

Jidher li minkejja d-diffikultajiet, il-kelba ngħatat iċ-ċans li tant kellha bżonn u issa se tingħata l-ħin kollu meħtieġ biex tirkupra.

B’ton aktar ħafif, għamlet referenza wkoll għal-lampshade li kellha tilbes wara l-operazzjoni, ftit jiem biss wara li tneħħa dak ta’ Eddie.

"Grazzi kbira lil kull min ta donazzjoni, qasam l-istorja tagħha u offra l-għajnuna, u ovvjament lil Dr George talli ħa ħsieb riġlejha b’tant ħeffa. Issa wasal iż-żmien għall-mistrieħ u l-fejqan, u biex nimxu ġurnata b'ġurnata."

Nawgurawlha rkupru malajr lil din il-ħlejqa innoċenti!

Ara l-post HAWN

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI