Rekord Nazzjonali Ġdid Fl-Isla, B’Pavaljun Tad-Dawl Spettakolari – The Malta Records

Hekk kif f’dawn il-ġranet qed jiġu ċċelebrati bosta festi tradizzjonali madwar Malta, fosthom dawk iddedikati lil Sidtna Marija tal-Vitorja, fl-Isla ġie mwaqqaf rekord nazzjonali ġdid li qed jagħti ġieħ lit-tradizzjoni u lill-festa Maltija.

Kif irrappurtat minn The Malta Records, dan ir-rekord huwa għall-akbar pavaljun tad-dawl f’forma ta’ ark, magħmul mill-PVC u armat apposta għall-festa ta’ Belt jew raħal. Il-pavaljun impressjonanti huwa wiesa’ 27 pied, jiġifieri 8.2 metri, u għoli 21.75 pied, jew 6.6 metri.

Dak li jagħmel dan il-pavaljun saħansitra aktar straordinarju huma l-2,168 bozza li jżejnuh, u li jagħtu dehra spettakolari lil waħda mit-toroq prinċipali ta’ Città Senglea.

Ir-rekord nazzjonali l-ġdid ġie mwaqqaf mill-Kummissjoni Festa Esterna Marija Bambina Isla, filwaqt li l-pavaljun ġie rrealizzat fuq disinn tal-artist Darren Darmanin.

Dan ix-xogħol sabiħ jista’ jitgawda minn dawk kollha li qed jattendu l-festa f’dawn il-ġranet, u dan ikompli juri kemm it-tradizzjoni tal-festi Maltin tibqa’ ħajja u tkompli tikber.

Għalhekk, nawguraw il-kumplament tal-festa t-tajba lis-Sengleani kollha!

Ritratti:

Facebook/The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI