GO TV qed jilqa’ l-istaġun il-ġdid b’offerta li tista’ tkun interessanti għal min iħobb it-televiżjoni Maltija, hekk kif min jabbona jista’ jgawdi l-ewwel tliet xhur kompletament b’xejn. Fl-istess waqt, Tokis qed ikompli jżid mal-iskeda tiegħu bi programmi ġodda, fosthom ĦU BREJK!!, programm LIVE ġdid li se jkun qed jixxandar kuljum.
ĦU BREJK!! se jibda mit-28 ta’ Settembru u se jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-15:30, esklussivament fuq Tokis. Il-programm, ippreżentat minn Geordie Schembri, se jgħaqqad kompetizzjonijiet, logħob u parteċipazzjoni diretta mill-pubbliku f’format maħsub biex jagħti aktar ħajja lil wara nofsinhar.

Fost il-protagonisti se jkun hemm anzjani attivi minn lokalitajiet differenti li se jikkompetu kontra xulxin f’diversi logħob u sfidi marbuta mat-tradizzjonijiet u l-kultura Maltija. Matul il-ġimgħa se jkunu qed jiġbru l-punti, sakemm fl-aħħar jiġi determinat min ħareġ rebbieħ.
ĦU BREJK!! se jagħti spazju wkoll lil għaqdiet tal-karità. F’edizzjonijiet apposta, dawn se jikkompetu bejniethom filwaqt li jkollhom l-opportunità jitkellmu dwar il-ħidma tagħhom u jqajmu aktar għarfien dwar il-kawżi li jaħdmu għalihom.

U mhux dawk fl-istudio biss jistgħu jirbħu! It-telespettaturi mid-dar se jkollhom iċ-ċans jipparteċipaw f’logħba interattiva ta’ kuljum, bi premju li jista’ jilħaq eluf ta’ ewro. Jekk il-premju ma jintrebaħx, dan se jkompli jiżdied b’€50 kuljum sakemm finalment ikun hemm rebbieħ.
ĦU BREJK!! huwa parti minn skeda usa’ ta’ programmi ġodda li Tokis se jkun qed joffri anke matul wara nofsinhar f’dan l-istaġun. Dawk li jixtiequ jsegwu l-programm jistgħu bħalissa jieħdu vantaġġ mill-offerta ta’ GO TV u jiksbu tliet xhur b’xejn. Wara li tabbona, tirċievi l-login details u kulma jkun jonqsok hu li tniżżel il-GO TV app fuq id-devices li tixtieq.
L-offerta tinkludi 20 stazzjon Malti u Taljan, fosthom Tokis fuq stazzjon numru 100, kif ukoll il-librerija on demand ta’ Tokis b’aktar minn 4,000 episodju ta’ drammi u xows popolari Maltin.
L-offerta hija miftuħa għal kulħadd, għalhekk m’hemmx għalfejn tkun diġà klijent ta’ GO biex tieħu vantaġġ minnha. Abbona għal din l-offerta hawn.