“Sentejn… Kif Itir Iż-Żmien” – Sue Caruana Lill-Maħbuba Tagħha Marisa

Sue Caruana permezz ta’ messaġġ sempliċi u żewg ritratti gustużi fuq il-paġna tagħha, ħabbret li llum hi u l-maħbuba tagħha jiċċelebraw sentejn sbieħ flimkien. Permezz tal-kliem, “Sentejn... kif itir iż-żmien” hi esprimiet kemm tapprezza l-avventura ta’ mħabba tagħha ma’ Marisa Jones.

Sue hi attivista għad-drittijiet tan-nisa, u titkellem ħafna wkoll dwar l-esperjenza tagħha bl-alopecia. Filfatt, ilbieraħ hi spjegat li 34 sena ilu hi tilfet xagħrha kollu. Bdiet tbati mill-Alopecia ta’ 16-il sena iżda ta’ 22 sena tilfet xagħrha kollu ma’ ġisimha kollu. L-esperjenza tagħha titkellem fuqha biex toffri appoġġ lil kull min qed jaffaċja sfidi simili.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Sue u Marisa fl-anniversarju tagħhom u nixtiqulhom diversi iktar snin ta’ mħabba flimkien!

Ritratti:

Facebook / Sue Caruana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI