L-artist tal-make-up, Justin Brincat. illum qiegħed jiċċelebra għeluq is-70 sena ta’ ommu l-għażiża. Hu esprima kemm tfisser għalih permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn iddedikalha kelmtejn profondi.
Hu kitbilha, “Int dejjem ħabbejt b’qalbek kollha u bqajt dejjem il-persuna li int. Li għandi lilek miegħi għal kull kapitlu tal-ħajja hi xi ħaġa li qatt ma jien se nieħu għall-għarrieda. Grazzi talli int l-omm li int u tal-eżempju li tkompli tagħti. Nittama li llum ifakkrek kemm tinħabb. Awguri f’għeluq is-70 sena tiegħek, Ma. Inħobbok dejjem.”
Nawguraw lil Miriam Brincat f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li jkollha ġurnata mill-aqwa flimkien mal-għeżież tagħha!
Facebook / Justin Brincat