Ħaddiema Barranin F’Pajjiżna Jingħaqdu Biex Darba Fix-Xahar Jagħtu D-Demm

Bosta ħaddiema barranin f'pajjiżna qed jingħaqdu flimkien sabiex darba fix-xahar jagħtu d-demm, skont kif irrappurtat minn diversi siti lokali.

Il-ħaddiema se jkunu qiegħdin jieħdu din l-inizjattiva mhux biss sabiex ikunu ta' għajnuna għall-persuni fil-bżonn, iżda wkoll bil-għan li jħeġġu oħrajn sabiex jagħmlu bħalhom u b'hekk jiżdiedu sostanzjalment id-donazzjonijiet tant meħtieġa tad-demm.

Ġie spjegat kif il-ħaddiema għandhom l-intenzjoni li jorganizzaw sessjoni ta’ għoti tad-demm darba fix-xahar. Huma qed jistiednu lil kull ħaddiem barrani f’pajjiżna sabiex jattendi għal din is-sessjoni u jagħti sehmu.

Hu mifhum li din l-inizjattiva qiegħda sseħħ bil-kollaborazzjoni tas-Servizz tat-Trasfużjoni tad-Demm u bl-appoġġ tal-General Workers Union.

Ritratti:

Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI