Matul dawn l-aħħar jiem, eluf ta' Maltin attendew bi ħġarhom il-festa ta' Ħaż-Żabbar. Fl-isfond tal-briju u l-ferħ li qanqal il-marċ ta' waranofsinhar, ftit sigħat ilu ġiet imfakkra b'rispett il-memorja tad-DJ Ryan Spiteri, li tilef ħajtu fl-età ta' 47 sena iktar kmieni din is-sena, fl-14 ta' Lulju.
F'filmat li ttella' fuq il-midja soċjali minn Żabbari li attenda dan il-marċ, il-folla tidher tieqaf għal ftit mumenti miċ-ċelebrazzjonijiet u fis-skiet tonora l-memorja tad-DJ li sfortunatament ħalla din id-dinja daqstant kmieni.
Matul ħajtu d-DJ Ryan Spiteri kien akkanit ferm tal-festa ta' belt twelidu, u ta' kull sena kien jagħmel ċert li jipparteċipa. Sfortunatament, madankollu, din is-sena dan ma kienx possibbli u kien għalhekk li ż-Żabbarin u dawk kollha li ngħaqdu magħhom f'din il-festa żammuh fi ħsiebhom.
Jistrieħ fis-sliem.
Facebook / Charolt Desira u Malta, News, Photos & People