Twissija Mill-Pulizija Dwar Telefonati Intenzjonati Biex Jingannaw

Frodi

Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta qed iwissi lill-pubbliku dwar telefonati frawdolenti minn persuni li qed jippretendu li huma speċjalisti taċ-“Cyber Security”.

Skont it-twissija, dawn il-persuni qed jgħidu lil dawk li jċemplulhom li t-tagħmir jew il-kontijiet tagħhom ġew kompromessi. Waqt it-telefonata, il-frodaturi jistgħu jippruvaw jiggwidaw lill-vittma permezz ta’ sensiela ta’ passi jew kmandi, allegatament biex “jassiguraw” it-tagħmir jew il-kont tagħha.

Il-Pulizija tfakkar li għandha tingħata attenzjoni partikolari għal telefonati mhux mistennija ta’ dan it-tip, hekk kif frodi bit-telefon u komunikazzjonijiet diġitali frawdolenti huma fost ir-riskji relatati maċ-ċiberkriminalità.

Il-Pulizija qed tappella biex ma jiġux segwiti struzzjonijiet minn persuni li ma jkunux magħrufa, u biex qatt ma jingħataw passwords, kodiċijiet ta’ verifika jew informazzjoni personali u bankarja fuq it-telefon.

Barra minn hekk, wieħed m’għandux jinstalla programmi jew jagħti aċċess mill-bogħod għat-tagħmir tiegħu fuq talba ta’ min iċempel.

Twissija oħra hija li n-numru li jidher fuq l-iskrin jista’ jkun spoofed, jiġifieri jista’ jidher bħala numru lokali ġenwin minkejja li t-telefonata tkun ġejja minn x’imkien ieħor. Il-messaġġ tal-Pulizija huwa ċar: “Ieqaf. Aħseb. Ivverifika.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI