Illum huwa jum memorabbli immens għal Carmen Gusman u l-mibki żewġha Enzo. Bħal-lum huma saru ġenituri tal-ewwel wild tagħhom, Johanna. Carmen kitbet messaġġ biex tawguralha u biex tesprimi kemm tfisser għalihom.
"Illum hi ġurnata speċjali ħafna għalina, hekk kif niċċelebraw għeluq snin l-ewwel wild tagħna, it-tifla tagħna Johanna! Nawgurawlek l-isbaħ xewqat illum u dejjem. Ibqa’ kif int – persuna mill-isbaħ u ħelwa – u Grazzi tal-għajnuna kollha li tagħtini. Inħobbuk immens!"
Qasmet anke ritratt ta' bintha għall-okkażjoni. Bosta kienu li kkummentaw biex jibagħtu x-xewqat sbieħ. Awguri mill-qalb Johanna!