Annis U Maya Jgħaddu Għar-Rawnd Li Jmiss Ta’ The Voice Kids Malta!

Annis u Maya huma ż-żewġ kantanti li se jkomplu l-avventura tagħhom f’The Voice Kids Malta wara d-deċiżjoni tal-kowċ tagħhom Aleandro. Matul is-Sing-Offs, it-talent fit-tim ta’ Aleandro spikka sew, tant li d-deċiżjoni dwar min kellu jgħaddi għall-fażi li jmiss ma kinitx waħda faċli.

Anke Emma u Chiara Luisa kellhom prestazzjoni mill-aqwa, u t-tnejn irċevew kliem ta’ tifħir mingħand Destiny u Gaia. Il-prestazzjonijiet tagħhom komplew jagħmlu l-għażla ta’ Aleandro aktar iebsa, hekk kif kellu jiddeċiedi min fost it-talent fit-tim tiegħu kellu jkompli fil-kompetizzjoni.

Fl-aħħar mill-aħħar, Aleandro għamel l-għażla tiegħu u ddeċieda li Annis u Maya jkunu dawk li jgħaddu għar-rawnd li jmiss ta’ The Voice Kids Malta. Issa l-attenzjoni ddur fuq l-aħħar Sing-Offs, hekk kif għada jkun imiss lit-tim ta’ Gaia biex jitla’ fuq il-palk. Anke Gaia se jkollha quddiemha d-deċiżjoni diffiċli dwar min se jkompli l-vjaġġ tiegħu fil-programm.

L-aħħar Sing-Offs ta’ The Voice Kids Malta jixxandru llejla fuq TVM fit-20:45. Prosit lil Annis u Maya, filwaqt li ċertament Emma u Chiara Luisa jistgħu jkunu kburin bil-vjaġġ u l-prestazzjonijiet tagħhom f’din l-esperjenza!

Ritratti:

Facebook / The Voice Kids

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI