Pulizija Jilqgħu Lit-Turisti Fl-Ajruport U Jagħtuhom Pariri Biex Ikollhom Btala Sigura U Divertenti

Matul dawn l-aħħar jiem, uffiċjali tal-pulizija tal-komunità ntlemħu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jilqgħu wħud mit-turisti li jkunu ġew sabiex iqattgħu ftit jiem f'pajjiżna.

Il-pulizija jidher li kienu qed jagħtu xi pariri siewja lit-turisti, fost oħrajn dwar kif għandhom jipproteġu l-oġġetti personali tagħhom. "Ftit prekawzjonijiet jistgħu jagħmlu differenza kbira," saħaq it-tim tal-pulizija tal-komunità.

Fl-istqarrija huma sostnew li l-għan ta' din l-inizjattiva fejn uffiċjali tal-pulizija qed jilqgħu lit-turisti fl-ajruport hu proprju li jiġi żgurat li dawn ikollhom "vaganza sigura f'pajjiżna fejn jirnexxielhom isawru memorji sbieħ għar-raġunijiet it-tajbin".

Ritratti:

Facebook / Malta Police Community Cohesion Team

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI