Il-programm Brillanti se jkun qed jagħti l-ispazju tiegħu lil ġenerazzjoni ġdida ta’ talent lokali permezz ta’ Brillanti Juniors, li se jibda jixxandar mill-Ħamis 1 ta’ Ottubru 2026. Din id-darba, l-attenzjoni se tkun kollha fuq it-talent taż-żgħażagħ Maltin, hekk kif it-telespettaturi se jkunu jistgħu jsegwu l-vjaġġ tagħhom u jarawhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom tul il-programm.
Magħhom f’dan il-vjaġġ se jkun hemm tliet ismijiet magħrufa sew fix-xena tal-ispettaklu: Miriana Conte, Matt Blxck u Dianne Pilkington. It-tlieta se jkunu qed jiggwidaw lit-talent żagħżugħ u jaqsmu magħhom l-esperjenza tagħhom. F’idejn il-preżentazzjoni, għal darb’oħra, se jkun hemm Joseph Chetcuti, li se jmexxi l-programm u jlaqqa’ lit-telespettaturi mal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ talent.
Brillanti Juniors se jibda fl-1 ta’ Ottubru u se jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fit-20:30 fuq ONE.com.mt. Min jaf jekk fost dawn iż-żgħażagħ hux se nkunu qed naraw uħud mill-istilel Maltin tas-snin li ġejjin!