“Strieħ Fis-Sliem Għażiż Ibni. Iġġilidt B’Tant Saħħa U Kuraġġ Matul Dawn L-Aħħar Erba’ Snin U Seba’ Xhur” – Omar Carabott B’Tislima Lil Keith

Sfortunatament ħarġet l-aħbar li ħalliena Keith Carabott, żagħżugħ ta’ 23 sena. Keith kien sofra minn tliet puplesiji fl-2021 fejn it-tobba qalu lill-familja ta’ Keith li ma setax jiġi rikoverat id-dar u laqgħitu Dar Bjorn.

Omar, missier Keith, kiteb messaġġ emozzjonanti fuq il-Facebook tiegħu. “Strieħ fis-sliem għażiż ibni,” hu kiteb. Daqshekk uġigħ u tbatija. Iġġilidt b'tant saħħa u kuraġġ matul dawn l-aħħar erba' snin u seba' xhur. Nispera li taf li konna miegħek tul dan il-vjaġġ kollu, mill-ewwel jum. Ħu ħsiebna. Inħobbuk.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb ta’ Keith.

Ritratti:

Facebook / Omar Carabott / Keith Carabott / TVMnews

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI