“Tifkiriet Għal Min Jiftakarha Xi Weekend Break, Jew Kien Jaħdem Hemm, U Anke L-Bar Kien Popolari” – Dj Chris Funkytown

Il-Jerma Hotel kienet lukanda popolari ġewwa Marsaskala fejn warajha hemm numru ta’ teoriji. Illum il-ġurnata tinsab fi stat ta’ abbandun, iżda din m’ilix snin twal li waqfet milli topera. Ġiet miftuħa fl-1982 u ngħalqet fl-2007, ftit anqas minn 20 sena ilu.

Fuq il-paġna nostalġika Ghal min ihobb in 90's f Malta - By DjChris Funkytown, qasam ritratt tal-istess lukanda fejn bosta nies fil-kummenti qasmu tifkiriet u memorji marbutin ma’ din il-lukanda.

“Memorji tal JERMA Palace Marsaskala, tifkiriet għal min jiftakara xi weekend break, jew kien jaħdem hemm, u anke l-bar kien popolari li tmur naqa relax hemm”, qal hu.

Bosta min-nies fil-kummenti ddiskrivewha anke bħala l-isbaħ lukanda li kien hemm fis-South ta’ Malta u oħrajn ftakru f’xi ikliet li kien ikollhom hemm.

Hawn min qatt kien mar il-Jerma Hotel?

Ritratti:

Ghal min ihobb in 90’s f Malta – By DjChris Funkytown

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI