Il-Belt Għawdxija Victoria Se Tkun Il-Kapitali Ewropea Tal-Kultura Fl-2031!

victoria 2031

Il-Belt Għawdxija Victoria se tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2031. Aħbar li ġabet magħha ferħ u sodisfazzjon kbir fost il-komunità Rabtija u f’Għawdex kollu.

Dan il-ħatra se tkun opportunità importanti biex il-kultura Għawdxija tingħata aktar spazju u viżibilità kemm f’Malta kif ukoll fix-xena Ewropea u internazzjonali.

Lil hinn minn sena ta’ ċelebrazzjonijiet u attivitajiet kulturali, dan it-titlu jista’ jwassal għal opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, aktar spazju għall-artisti u għall-kreattività lokali, kif ukoll aktar investiment f’Għawdex.

Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura se tkun ukoll okkażjoni biex il-komunitajiet jingħaqdu flimkien u jiġu żviluppati ideat u inizjattivi ġodda, filwaqt li Għawdex ikompli jsaħħaħ il-preżenza u l-identità tiegħu fl-Ewropa u lil hinn minnha.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI