Il-Prim Ministru Taljana Tgħid Li Kull Min Irid Imur Jgħix L-Italja Jrid L-Ewwel Jitgħallem It-Taljan

Il-Prim Ministru Taljana Giorgia Meloni saħqet li kull min għandu l-interess li jmur jgħix fl-Italja, għandu l-ewwel u qabel kollox jara li jkollu ħakma tajba tal-lingwa nattiva tal-pajjiż.

F'diskors li hi tat ftit jiem ilu, il-Prim Ministru Taljana sostniet fi kliemha li "kull min jixtieq jibni futur fl-Italja, irid jitgħallem il-lingwa Taljana, jifhem il-kultura Taljana u jirrispetta r-regoli tal-Italja".

Hi tenniet dan wara li xi jiem ilu ħabbret projbizzjoni kontroversjali li se twassal sabiex jitwaqqaf l-użu tal-burqas u n-niqabs fl-iskejjel Taljani.

Ritratti:

ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI