Skont il-Kap. 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott Prekese - Aiden fruit huwa Ikel Ġdid Novel Food li mhux awtorizzat.
Ikel ġdid huwa ikel jew ingredjent tal-ikel li ma ntużax għall-konsum mill-bniedem b’mod sinifikanti fl-Unjoni Ewropea qabel il-15 ta’ Mejju 1997 u għalhekk jeħtieġ evalwazzjoni u awtorizzazzjoni bir-reqqa qabel ma jkun jista’ jidħol fis-suq tal-UE.
Deskrizzjoni tal-Prodott: Prekese Aiden Fruit
Ditta: Bigi-Mama
Oriġini: Il-Ghana
Użin: 200g
Ħudu nota dwar dan.