“X’Jiġri Meta Tifla Bħali Jkollha Bżonn Tbiddel Waqt Li Nkunu Barra Fil-Pubbliku?” – Kate: Writing My Story

Kate

Fuq il-paġna ta' Kate: Writing My Story ġiet ippubblikata riflessjoni dwar l-importanza tal-aċċessibbiltà, u l-messaġġ jisħaq li din tfisser ħafna aktar minn rampi u bibien wesgħin.

Hi u tikber, hemm aspetti tal-ħajja ta’ kuljum li ħafna drabi ma jiġux ikkunsidrati, fosthom il-ħtieġa li persuna b’diżabilità tbiddel b’mod sigur, nadif u privat meta tkun barra d-dar.

Toilet aċċessibbli mhux dejjem ikun utli, jekk ma jkunx hemm spazju xieraq fejn wieħed jista’ jingħata l-kura meħtieġa b’dinjità u privatezza.

Il-messaġġ tagħha huwa appell biex l-inklużjoni tkun tassew għal kulħadd - Ħtiġijiet differenti, iżda l-istess drittijiet.

Ritratti:

Facebook/ Kate: Writing My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI