“Ftit Xhur Ilu Sabuli Kanċer… B’Xorti Tajba Kien Għadu Fil-Bidu U Kelli Nieħu Biss Ftit Raġġi!” – Anna Faniello

Il-kantanta Anna Faniello ħeġġet lill-pubbliku sabiex ma jibżax imur jagħmel it-testijiet meħtieġa bħala prekawzjoni kontra mard serju bħall-kanċer, għaliex sostniet li dan fl-aħħar mill-aħħar jista' jsalva l-ħajja tal-persuna.

Hi tenniet dan l-appell waqt il-programm 'Ftit Xemx Kuljum', fejn irrakkontat episodju diffiċli li kellha tgħaddi minnu matul dawn l-aħħar xhur, wara li saret taf li kellha kanċer f'sidirha.

"Sabu li l-kanċer kien għadu fil-bidu tiegħu, u allura kull ma ħadd kienu r-raġġi; xejn iżjed," spjegat il-kantanta. Hi tgħid li billi l-kanċer kien għadu fi stadju bikri, kienet xortiha tajba, hekk kif metaforikament tisħaq li "Alla qabadni minn xagħri".

Fuq nota iżjed pożittiva, Anna tistqarr li dawn il-mumenti ibsin għenuha sabiex tapprezza iżjed ħajjitha, tant li issa se tkun qiegħda twettaq il-ħolma tagħhai tgawdi billi żżur pajjiżi u kulturi differenti.

'Ftit Xemx Kuljum' hu ippreżentat mill-bravissimu Pierre Cordina u jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10:00 sa 12:00.

Ritratti:

Facebook / Ftit Xemx Kuljum u ChatGPT

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI