“Kien Traġitt Twil U Mimli Sfidi!” – Ayla Tirritorna Malta Wara Sena Fl-Appartamenti Ta’ Puttinu

Ayla hi tifla ta' 14-il sena li ilha din l-aħħar sena tgħix fl-appartamenti ta' Puttinu Cares minħabba operazzjoni li kellu jsirilha sabiex tingħata trapjant tal-mudullun.

Il-Fondazzjoni Puttinu Cares għadha kif ħabbret li wara sena taffaċja sfidi f'saħħitha, Ayla issa rritornat Malta u se tkun qiegħda tiltaqa' ma' sħabha mill-ġdid u terġa' tibda tmur l-iskola, kif tant ilha tixtieq.

Fuq il-midja soċjali, il-Fondazzjoni faħħret id-determinazzjoni u r-reżiljenza li t-tifla ilha turi għal dawn l-aħħar xhur, fejn anke fl-iżjed mumenti ibsin, hi rnexxielha dejjem iżżomm tbissima fuq fommha.

Ritratti:

Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI