Is-Surġent Gabriel Farrugia u l-Warrant Officer Class 1 Noel Gafa għadhom kif temmew b'suċċess kors fi skola militari ġewwa l-Ingilterra.
Fuq il-midja soċjali, il-Forzi Armati ta' Malta spjegaw kif dan il-kors ta opportunità eċċelenti lil dawn iż-żewġ suldati sabiex jiżviluppaw il-kompetenza tagħhom fil-qasam tad-drill ċerimonjali permezz ta' taħriġ kemm teoretiku kif ukoll prattiku.
Ġie spjegat kif dawn iż-żewġ suldati issa se jkunu qed jgħaddu l-għarfien u l-esperjenza li kisbu barra minn xtutna lill-instructors u r-rekluti Maltin. "B'hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp professjonali kontinwu tal-ġenerazzjonijiet futuri tal-membri tal-armata Maltija," saħqu l-Forzi Armati ta' Malta.
Facebook / Il-Forzi Armati ta’ Malta