Ilbies Malti Li Qed Jiddi Fuq Waħda Mill-Akbar Stilel Taljani

Meta t-talent Malti jaqsam il-fruntieri, il-kburija tkun waħda għal kulħadd. Din id-darba, il-moda Maltija sabet ruħha fiċ-ċentru tal-attenzjoni grazzi għal-libsa mill-fashion house Malti Azzopardi Studio, li ntgħażlet mill-kantanta Taljana Arisa.

Il-kantanta, magħrufa sew fix-xena mużikali Taljana, qasmet diversi ritratti fuq Instagram fejn dehret liebsa din il-kreazzjoni Maltija, u l-ilbies ma damx ma ġibed l-attenzjoni tas-segwaċi tagħha.

Il-libsa hija parti mill-kollezzjoni SALOMÉ, il-kollezzjoni Artisanal għall-Ħarifa/Xitwa 2026/27 ta’ Azzopardi Studio, li ġiet żvelata f’Pariġi waqt il-Couture Week f’Lulju li għadda.

Għal ħafna Maltin, mumenti bħal dawn ifissru aktar minn sempliċi moda. Huma tfakkira li l-kreattività u t-talent li joħorġu mill-gżejjer tagħna jistgħu jaslu għand udjenza ferm lil hinn minn xtutna.

Din id-darba, dan il-pajjiż żgħir li nsejħulu Malta qed jidher fuq palk tassew kbir, u dan hu wieħed minn dawk il-mumenti li għandhom jagħmluna tassew kburin!

Ritratti:

Facebook/Arisa
Instagram/azzopardi.studio

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI