“Inħobbok Immens” – Omm Il-Kantanta Lokali Jade Vella F’Għeluq Is-26 Sena

Jade Vella

Illum il-kantanta lokali Jade Vella qed tiċċelebra għeluq is-26 sena tagħha. F’dan il-jum speċjali, ommha Nadine ħadet l-opportunità biex twasslilha l-awguri tagħha permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, flimkien ma’ ritratt tagħhom flimkien.

Nadine kitbet li llum hi ġurnata speċjali għal bintha u awguratilha biex tgawdi bis-sħiħ għeluq sninha, filwaqt li temmet il-messaġġ tagħha b’espressjoni ta’ mħabba kbira lejn Jade.

Il-messaġġ ta’ Nadine juri r-rabta sabiħa bejnha u bejn bintha f’okkażjoni tant speċjali u importanti. Bir-raġun għax f'dan il-jum Jade għamlitha omm.

Awguri lil Jade Vella f’għeluq is-26 sena tagħha! Nixtiqulha ħafna saħħa, hena, suċċessi u affarijiet sbieħ fil-ħajja kemm personali u professjonali!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI