“Inħobbok” – Glenn Sacco B’Messaġġ Mill-Qalb Lill-Imħabba Ta’ Ħajtu, Alessia

Glenn Sacco u l-imħabba ta' ħajtu

Il-mużiċist Glenn Sacco, li l-pubbliku Malti sar jafu wkoll permezz ta’ X Factor Malta, qasam messaġġ mill-qalb li xtaq jiddedika lill-imħabba ta’ ħajtu, Alessia.

Glenn qal li qabel ma ltaqa’ magħha ma kienx qed ifittex relazzjoni u kien saħansitra jibża’ mill-imħabba, peress li kien imdorri jgħix waħdu u jkollu l-ispazju tiegħu.

Madankollu, kollox inbidel meta ltaqgħu permezz tal-mużika. Lil Alessia jaraha bħala persuna sabiħa minn barra, iżda saħansitra isbaħ minn ġewwa, u faħħar il-qalb tad-deheb tagħha.

Fil-messaġġ tiegħu, Glenn tkellem ukoll dwar il-mod speċjali kif it-tnejn jirnexxilhom jifhmu lil xulxin, tkun xi tkun is-sitwazzjoni.

Hu qal li forsi dan huwa wieħed mill-elementi li jagħmilhom huma min huma, u li l-vjaġġ tagħhom huwa wieħed speċjali.

B’referenza għall-imħabba tagħhom lejn The Lord of the Rings u The Hobbit, Glenn qabbel ir-relazzjoni tagħhom ma’ avventura li għadhom kemm bdew jgħixu flimkien.

“La nostra avventura è appena iniziata… passo dopo passo, giorno dopo giorno. Ti Amo,” kiteb Glenn, filwaqt li temm il-messaġġ tiegħu bix-xewqa li, ikunu fejn ikunu sejrin, igawdu t-triq flimkien.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI