L-Attriċi Vanessa Attard, Illum Tagħlaq Sninha – F’liema Teledramm Tiftakruha?

Illum hija ġurnata speċjali għall-attriċi Slimiża Vanessa Attard, li qed tiċċelebra d-59 sena tagħha. Vanessa twieldet fl-24 ta’ Settembru 1967 u tul is-snin ħalliet il-marka tagħha fix-xena teatrali u televiżiva Maltija.

L-imħabba tagħha lejn ir-reċtar bdiet minn kors mal-MTADA u minn hemm ’il quddiem kompliet tavvanza, sakemm din il-passjoni wasslitha biex tidher f’għadd ta’ produzzjonijiet teatrali mal-Maleth u l-MADC, kif ukoll f’diversi pantomimi li żgur baqgħu memorji sbieħ għal dawk li rawha fuq il-palk.

Fost il-produzzjonijiet li ħadet sehem fihom insibu Kvetch, The Trophy Room u Antigone, fejn interpretat il-parti tan-ners. Aktar riċentement, dehret ukoll fil-pantomima Ebenezer Scrooge! tal-MADC matul l-istaġun tal-Milied 2024–25.

Vanessa mhix magħrufa biss mill-palk. It-talent tagħha wassalha wkoll biex tidher f’sensiliet Maltin bħal Dejjem Tiegħek Becky, K.C., Casa Ċelestina u Ta’ Ġerit. Minbarra t-teatru, għandha wkoll imħabba kbira lejn il-qtates, tant li anke trabbi minnhom, kif ukoll hi għallliema.

Minn hawn, it-Tim ta' Gwida.mt isellem u jawgura lil Vanessa ħafna saħħa, ferħ u aktar snin mimlija b’dak kollu li tagħmel b’tant passjoni.

Ritratti:

Facebook/Vanessa Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI