Kieku l-maħbuba Olivia Newton-John kienet għadha magħna, illum kienet tiċċelebra għeluq sninha. Hi twieldet fis-26 ta’ Settembru tal-1948 f’Cambridge l-Ingilterra u kieku llum għalqet 78 sena.
Sfortunatament, Newton-John ħallietna fit-8 t’Awwissu tal-2022 fl-età ta’ 73 sena. Hi kienet kantanta u attriċi b’bosta suċċessi, b’mod partikolari fil-film ma’ John Travolta, Grease, li ħareġ fl-1978. Riċentament kienet anke dehret f’xi episodji tas-serje Glee.
Olivia hija l-aktar kantanta Awstraljna li biegħet albums. Waħda mill-aktar diski popolari mhux tagħha biss iżda anke tas-snin tmenin, kienet Physical. Il-music video ta’ din il-kanzunetta kien wieħed rivoluzzjonarju hekk kif bis-saħħa tiegħu ta lis-snin 80 it-tema tal-aerobics kif inhi magħrufa sew illum.