“Grazzi, Ma, Talli Dejjem Kont Hemm Għalija!” – Tagħlaq Sninha L-Attriċi Doreen Cini

Illum qed tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi lokali Doreen Cini; wiċċ sinonimu mal-udjenza Maltija li matul is-snin ħadet sehem f'għadd ta' produzzjonijiet fosthom 'Dun Benit', 'Bawxati', 'Ipokriti', 'Għeruq' kif ukoll 'Solitaire'.

Madankollu, ma' bosta Maltin hi tibqa' magħrufa l-iżjed għas-sehem taghħa fis-sensiela tant popolari 'Simpatiċi' fejn kienet interpretat il-parti ta' Joyce.

F'jum għeluq sninha, binha - l-attur u kantant Dominic Cini - awguralha l-isbaħ xewqat filwaqt li rringrazzjaha għal dak kollu li għamlet miegħu matul ħajtu.

"Dejjem kont hemm għalija, kemm fil-bnazzi kif ukoll fil-maltemp... u bqajt miegħi sakemm għamiltni dak li jien illum - bniedem b'saħħti," kiteb Dominic.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Doreen f'għeluq sninha.

Ritratti:

Facebook / Doreen Cini u Simpatiċi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI